Fadal biss ftit sigħat mis-sena 2023, sakemm tibda paġna ġdida u jingħata bidu għas-sena 2024. Sena li se tara diversi avvenimenti u anniversarji madwar id-dinja u anke lokalment.
Iżda liem reġjun se jkun qed jilqa’ din is-sena l-ewwel?
Il-gżira ta’ Kiritimati, li tagħmel parti mir-Repubblika ta’ Kiribati, se tkun l-ewwel reġjun li jilqa’ s-sena l-ġdida. Dan ir-reġjun, huwa magħruf bħala l-Gżira tal-Milied.
Fil-fatt, dan ir-reġjun se jkun qed jiċċelebra l-bidu tas-sena l-ġdida, madwar 19-il siegħa qabel ma tintlaqa’ s-sena ġdida fil-maġġoranza tal-istati fl-Istati Uniti.
Isegwu din il-gżira, l-gżejjer Charam, li huma parti min-New Zealand. Wara jsegwu diversi reġjuni oħrajn min-New Zealand, kif ukoll xi bliet mit-Tonga.
Fiji u partijiet mil-Lvant tar-Russja, jsegwu lil dawn ir-reġjuni, sabiex isellmu lis-sena li għaddiet u jilqgħu dik ġdida.
Ftit wara, il-maġġoranza tal-ibliet u r-reġjuni fl-Awstralja, fosthom Sydney, Canberra u Melbourne, ukoll jagħtu bidu għas-sena l-ġdida.