Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, il-Fondazzjoni iDEAT għandha pjaċir tħabbar li ser tkun qed terġa’ tniedi l-kors Politiku ‘YOU-Progress’. Dan ser jibda f’Ottubru 2016.
Dan il-kors huwa mifrux fuq 12-il ġimgħa u l-għan tiegħu huwa li jgħin lill-parteċipanti li jixtiequ jkabbru l-għarfien tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ politika. Għaldaqstant il-parteċipanti ser jitħarrġu f’bosta temi interessanti fosthom il-Presidenza Ewropea, it-taħdit pubbliku, il-finanzi, l-etika fil-politika u l-kunsilli lokali. Fost il-lekċers insibu numru ta’ politiċi u anke oħrajn mill-qasam professjonali.
Barra minn hekk il-Fondazzjoni iDEAT ħabbrET li din is-sena ser tkun qed toffri l-opportunita` lill-parteċipanti kollha ta’ dan il-kors sabiex jagħmlu żjara fis-sedja tal-Parlament Ewropew ġewwa Strasbourg fi tmiem dan il-kors, dan grazzi għas-sapport minn Dr Miriam Dalli MEP.
Il-Fondazzjoni iDEAT ġentilment tixtieq tfakkar li l-applikazzjonijiet għall-kors YOU-Progress jinsabu miftuħa u jagħlqu l-Ġimgħa 30 ta’ Settembru f’12:00. Dawk interessati għandhom jibagħtu email fuq: fondazzjonideat@gmail.com.