Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar dak li sejjaħ “rivoluzzjoni kbira” pjani biex tissaħħaħ is-sistema My Health għal kull vista li ssir fi klinika jew sptar privati u fl-isptarijiet pubbliċi. Din l-informazzjoni tinġabar f’record diġitali wieħed li jkun aċċessabbli minn tobba f’kull post f’Malta u Għawdex. Huwa qal li din se tagħti dik li tissejjaħ “continuity of care” lill-pazjenti.
Meta kien qed jitkellem fil-Parlamentfid-dibattitu dwar l-estimi tal-Ministeru tas-Saħħa, Mr Fearne qal li din hija l-mod kif il-gvern se jdaħħal it-teknoloġija u se jkun wieħed mill-ewwel – jekk mhux l-ewwel – pajjiż fid-dinja li se jkollu dis-sistema. Huwa qal li dan hu proġett ambizzjuż ħafna, li se jiswa ħafna flus, u li se jwassal għal ħafna kura aħjar għal eluf ta’ pazjent Maltin u Għawdxin.
Ħabbar ukoll li s-sena d-dieħla se jibda bħala proġett pilota, imsejjaħ “remote patient monitoring”, fejn f’kull dar fejn hemm pazjent b’kundizzjoni kronika se jkun hemm monitor, li kull ftit ħin, jittestjalu ż-żokkor, jaralu l-pressjoni, jeżaminalu l-pulmun u l-qalb u r-riżultati jmorru l-isptar dakinhar stess. Dan ifisser li jekk ġurnata wara l-oħra jkun hemm xi ħaġa ħażina, l-pazjent jinqabad mill-ewwel u mhux ikollhom jistennew sitt xhur jew sena sakemm jawrawh fl-outpatients.
Wara l-klinika ta’ Ħal Kirkop, ħa jibda x-xogħol dalwaqt fuq il-proġett ta’ Raħal Ġdid, se tinħareġ expression of interess għal klinika kbira fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta u għaddej ix-xogħol fuq ċentru tas-saħħa ġdid f’Għawdex. Is-sena li ġejja se jsir rinnovament taċ-ċentri tas-saħħa kollha ta’ Malta u Għawdex. Il-proġett se jiswa 13-il miljun ewro u l-ewwel klinika se tkun dik tal-Gżira, fejn hemm bħinn refurbishment qawwi.
Il-Ministru Fearne qal li l-Isptar Mater Dei irid ikompli jespandi. Fl-2015, fl-outpatients raw 67 elf pazjent u s-sena l-oħra 87 elf għax qed jinħolqu ħafna aktar servizzi. Issa se dalwaqt se joħorġu t-tenders biex tinbena blokka ġdida għall-outpatients b’parkeġġ ta’ ħames sulari taħt l-art. It-tagħmir kollu ta’ Mater Dei irid jinbidel għax għadda ż-żmien minn fuqu, fosthom MRI ġdida. F’temp ta’ 5 snin minn 8,000 telgħu 27,000 l-MRIs għax domanda qed tkompli dejjem tikber u hu stmat li n-numru jikber bejn 30 u 40 elf. Il-gvern lest jixtri s-servizzi tal-MRI mill-privat.
Se tidħol ir-robotika kemm fis-swali tal-operazjonijiet kif ukoll fl-ispizerija biex il-mediċini jitqassmu għand il-pazjent bl-eżatt b’mod l-aktar effiċjenti.
Il-Ministru Fearne ħabbar li mal-MUMN waslu viċin ħafna li jagħlqu l-ftehim settorali biex l-infirmiera jkollhom kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u se jkomplu jżidu mediċini ġodda, fosthom dawk tal-prostata se jitpoġġew fuq il-formularju tal-gvern bħal dawk tal-HIV u oħrajn.
Huwa jittama li s-sena d-dieħla, mal-Knisja u mal-NGOs jiftħu palliative centre ġdid għal dawk li jkunu waslu fl-saħħar ta’ ħajjithom u min-nhar it-Tnejn se jibdew il-klinika ġdida għal dawk il-persuni li huma trans. Is-sena d-diela wkoll jibda x-xogħol fuq Bank tad-Demm ġdid.
Mr Fearne qal li l-gvern laborista jieħu ħsieb iċ-ċittadin mhux mit-twelid sal-mewt iżda minn qabel ma titwieled – permezz tal-IVF – sa wara li tmut wara li ġie ffirmat il-kuntratt il-ġdid għall-estensjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata u se titressaq liġi ġdida biex f’Malta jkollna l-krematorju.