Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Grupp Parlamentari Laburista se jiltaqa’ t-Tnejn li ġej hekk kif skedat. Il-Ministru Fearne qal dan waqt il-programm Pjazza l-Ħamis filgħaxija. Huwa kien qed iwieġeb għad-dikjarazzjoni li għamel ilbieraħ is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li qal li l-Gvern ma jgħidx meta jlaqqa’ l-Grupp Parlamentari tiegħu.
Dan meta mistoqsi mill-ġurnalisti biex jgħid meta l-Partit Nazzjonalista kien se jlaqqa’ l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista biex jiddiskuti allegazzjonijiet serji li saru fil-konfront tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Tweġiba li baqgħet qatt ma waslet l-anqas mill-Kap Nazzjonalista nnifsu li stqarr li ma jafx meta se jlaqqa’ l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.