Fl-ewwel ġranet ta’ Diċembru se tibda tingħata d-doża addizzjonali tal-vaċċin kontra l-Covid-19, lill-ħaddiema tas-saħħa, lill-għalliema u anke dawk ir-residenti li jgħixu f’istituzzjonijiet madwar Malta u Għawdex.
Dan tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijet.
Chris Fearne qal kif sal-lum ingħataw 20,000 doża addizzjonali
Qal kif 96% tar-residenti fid-djar tal-anzjani ħadu t-tilqima addizzjonali, waqt li 71% tal-anzjani li għandhom immunità baxxa ħadu t-tilqima addizzjonali.
Id-Deputat Prim Ministru qal li mil-lum, pajjiżna beda joħroġ ċertifikat tal-vaċċin lil dawk li ħadu l-ewwel tilqima f’pajjiż ieħor u t-tieni doża ġewwa pajjiżna.