L-impjiegi full-time reġistrati żdiedu bi 8.4% f’Diċembru 2022, fuq Diċembru 2021.
Ċifri ppublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-impjiegi full-time fis-settur privat żdiedu b’10.8% fuq perjodu ta’ sena. Dan filwaqt li l-impjiegi full-time fis-settur pubbliku naqsu b’0.9% minn Diċembru 2021.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ix-xogħol part-time bħala dak primarju rreġistra żieda ta’ 3.3% fuq l-istess perjodu tas-sena ta’ qabel.
L-attivitajiet bl-ogħla żidiet fl-impjiegi full-time kienu servizzi amministrattivi flimkien ma’ xogħolijiet fil-qasam tas-servizzi, akkomodazzjoni u ikel.
L-impjiegi full-time għall-irġiel u n-nisa żdiedu bi 8.9% u 7.5% rispettivament fuq il-livelli tal-2021.