F’Diċembru li għadda l-amministrazzjoni tal-ħabs inkluż il-kappillan tal-ħabs Fr Hayden Williams, fis-skiet talbu b’mod uffiċjali lill-Papa sabiex iżur il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin waqt iż-żjara tiegħu f’pajjiżna.
F’din l-ittra, li ġiet ippubblikata online qed jiġi spjegat ir-rabtiet li ġew stabbiliti mill-Emminenza tiegħu l-Kardinal Mario Grech meta kien għadu Isqof tad-Djoċesi Għawdxija.
Ir-relazzjoni bejn il-Faċilità Korrettiva u d-Djoċesi ta’ Għawdex kompliet tissaħħaħ tul dan is-Sajf. Waqt it-tieni żjara li saret fis-Santwarju Ta’ Pinu mill-uffiċjali korrettivi u l-priġunieri, l-Isqof t’Għawdex ta bħala rigal iċ-ċurkett episkopali tiegħu biex jinżamm fil-kappella tal-ħabs. Matul din iż-żjara, li għaliha attenda l-Kardinal Mario Grech kien tħabbar ukoll li l-priġunieri permezz tal-Prison Industry kienunse jaħdmu l-għamara kollha neċessarja għad-dar tal-irtiri li qed tinbena taħt iz-zuntier tal-istess santwarju.
Ritratt tal-ittra: GWU