F’Delhi, il-Kapitali tal-Indja, daħal fis-seħħ lockdown ta’ ġimgħa wara rekord ta’ każijiet pożittivi ta’ Coronavirus li waslu biex kważi kkrollat is-sistema lokali tas-saħħa.
Il-Ħadd, f’Delhi ġew irreġistrati 24,462 każijiet ġodda ta’ Covid-19, l-akbar numru li qatt rat f’24 siegħa.
Għall-bqija ta’ din il-ġimgħa, uffiċini tal-gvern u servizzi meqjusa essenzjali se jitħallew joperaw b’mod normali.