Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Triq Ta’ l-Iklin, Ħal Għaxaq;
Triq San Franġisk, Marsaskala;
Triq Doni l-Qadima, Ir-Rabat (M);
Triq il-Mantell, Il-Baħrija, Ir-Rabat (M) u
Triq tal-Ġonna, Iż-Żurrieq,
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-24 ta’ April 2018, u jidher ukoll fuq il-website tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni ‘Pubblikazzjonijiet’.
Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mill-24 ta’ April 2018.