Matul ix-xahar ta’ Ottubru, il-Ministeru għall-Ekonomija se jtella’ erba’ avvenimenti kbar li għandhom tema waħda komuni: l-innovazzjoni u fejn irridu lil pajjiżna jmur fis-snin li ġejjin.
Bejn is-17 u d-19 ta’ Ottubru fl-MFCC, f’Ta’ Qali se jsir Start-up Festival u TechXpo, żewġ avvenimenti f’daqqa fl-istess post.
Bejn l-24 u s-27 ta’ Ottubru wkoll fl-MFCC se terġa’ ssir edizzjoni oħra ta’ Playcon. Expo speċjalizzata fuq l-industrija tal-video games u esports.
Imbagħad, bejn it-28 u t-30 ta’ Ottubru, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenza fil-Belt Valletta, pajjiżna se jilqa’ lil diversi ministri minn madwar id-dinja responsabbli mis-settur tal-innovazzjoni, komunikazzjoni u l-qalba diġitali għal Global Innovation Forum.
Dan il-forum huwa pjattaforma biex il-pajjiżi jaqsmu l-għarfien u l-ideat tagħhom f’oqsma innovattivi, kif ukoll ikomplu jibnu ekosistema u network ta’ kumpaniji f’dan il-qasam madwar id-dinja.