Fdalijiet ta’ oġġett li nstabu fit-tramuntana ta’ Ċipru jingħad li huma parti minn missila sparata minn ajruplan tat-tip S-200 u li kienet immirata li tolqot ajruplani Iżraeljani. Din il-missila hija ssuspettat li hija magħmula mir-Russi, u qed jingħad li l-missila splodiet fl-ajru fuq numru ta’ rħula fit-Tramuntana ta’ Ċipru.
Huwa maħsub li l-missila hija parti minn sistema ta’ difiża sparta mis-Sirja bħala tweġiba għall-attakk mill-ajru mill-Iżreal. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Ċipru, Kurdet Ozersay, qal li huwa mifhum li l-missila mis-Sirja waqgħet f’Ċipru aċċidentalment, u dan għaliex li ġiet sparata b’mod mhux ikontrollat. Huwa sostna li pajjiżi tal-madwar għandhom ilkoll jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw li ma jinqabdux f’nofs il-kunflitt bejn is-Sirja u l-Iżreal.