Fdalijiet minn rokit Ċiniż mistennija jaqgħu fid-dinja tul dan it-tmiem il-ġimgħa. Rapporti qed jgħidu li l-fdalijiet huma tal-vettura li ntbagħtet fl-istazzjon spazjali taċ-Ċina xahar ilu. Din kienet tiżen 18-il tunnellata.
Il-Gvern Amerikan qal li qed jissorvelja l-atmosfera għall-fdalijiet, iżda jidher li m’hemmx intenzjoni li jisparaw fuqhom. Esperti qed jgħidu li l-fdalijiet mistennija jinżlu kollha sa nhar il-Ħadd li ġej.
Ritratt: Getty Images