F’ħidma konġunta bejn membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċvili u l-Forzi Armati ta’ Malta, ġew salvati żewġ ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u persuna anzjana.
Dan wara li dawn il-ħaddiema marru jassistu lil din il-persuna anzjana li kienet tinsab fil-periklu minħabba l-maltemp li ħakem lill-gżejjer Maltin.
F’filmat li nġibed fuq il-post, jidher ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta jittajjar fil-baxx u involut fl-operazzjoni ta’ salvataġġ.
Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-ħidma tagħhom f’dan il-maltemp qalil.
Sostna l-ħaddiema tal-forzi tal-ordni jirriskjaw ħajjithom biex isalvaw lil ħaddieħor.