Is-6 ta’ Awissu 1916. Mija u tliet snin ilu.
F’Bormla twieled dak li hu deskritt bħala missier Malta Ħielsa u Malta Repubblika.
Ħafna jħobbu jfakkruh b’kelma waħda: is-Salvatur.
Proprju f’jum it-twelid tiegħu inżilna fil-post li tant ħabb u ħabbu lura; Bormla. Il-Bormliżi jitkellmu bi kburija dwar it-tifkiriet li għandhom tiegħu.
Mario Cassar li hu mrobbi Bormala stqarr li:“Lil Mintoff nafu mill-viċin għax fiż-żmien kien joqgħod ħdejna triq l-Irlandiżi u in-nanna meta jgħaddi għad-dar kienet tgħajjatlu u tagħmillu kafè jew te u ommi kienet tgħid li libsa tal-preċett kien ħadimha missierha n-nannu tiegħi.
Huwa tenna “Jien missieri kien Mintoffjan u jien kelli 8 jew 9 snin. U għamel ħabta anke jilgħab il-boċċi miegħu, jilagħbu l-boċċi”.
Il-Perit Duminku Mintoff sar Prim Ministru ta’ Malta għall-ewwel darba fl-1955, fl-eqqel tal-ġlieda għall-ħobż u l-ħelsien.
Wara r-riżenja tal-1958 u snin iebsin tad-dnub il-mejjet, reġa’ beda jmexxi l-gvern fl-1971. Hawn introduċa f’pajjiżna bidliet soċjali kbar. Bidliet li qalgħu mill-qigħ lill-eluf ta’ Maltin u Għawdxin li kienu jibku għal livell ta’ għajxien diċenti.
“Dejjem viċin in-nies u dejjem jisma Mintoff kien u jiġġieled għal fqir. Mal-Ingliżi ħadha mal-knisja ħadha basta jiġġieled għal ħaddiem għal fqir”, kompla jgħid Cassar.
Huwa temm jgħid: “Dejjem dejjem dejjem. Għall-batut dejjem ħaseb. Imnalla kien hu. Għidtlek lanqas butir ma kien ikollna, kienet tidlek bix-xaħam ommi. Imma meta ġab il-care mbagħad bdejna nieklu sewwa bis-saħħa tiegħu.”
Il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem lill-Perit Mintoff bi tqegħid ta’ fjuri fuq il-monument tiegħu fil-Belt Valletta, filwaqt li il-mezzi tal-midja.