X’sodisfazzjoni għal dik il-persuna li tellgħet dan ir-ritratt fuq Facebook. Wara snin ta’ taqtigħ il-qalb seta’ jinnota lil xi ħadd jgħum fil-pitch tal-waterpoli ta’ Birżebbuġa.
Pitch imwiegħed għal snin twal u li sar realtà biss issa wara investiment ta’ kważi żewġ miljun ewro minn naħa tal-gvern preżenti. Dan il-proġett kien ilu snin wieqaf minħabba li gvern preċedenti qatt m’għamel xejn. U meta gvern ġdid kien ħares lejn dan il-proġett sab li kien hemm biss wegħda li jsir. Iżda li ma kienx hemm ċenteżmu wieħed ta’ ewro għalih.
Fi tliet snin biss il-ħolma ta’ ħafna saret realtà u dak li ma sarx f’ħafna snin sar fi tlieta biss.