Illejla bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u l-5.30 ta’ filgħodu ser jitkompla x-xogħol t’asfaltar fl-inħawi ta’ Triq Manwel Dimech u l-junction f’Ħal Qormi.
Għalhekk, waqt il-ħin tax-xogħol, din it-triq ser tingħalaq kompletament għat-traffiku inkluż għat-trasport pubbliku.
Il-pubbliku huwa mitlub jevita din iż-żona u jgħaddi minn toroq alternattivi. Uffiċjali ser ikunu fuq il-post biex jgħinu fl-immaniġġjar tat-traffiku.