Bħala parti mix-xogħlijiet estensivi li għaddejjin fi Triq Manwel Dimech u l-junction f’Ħal Qormi, dallejl ser jitkompla x-xogħol t’asfaltar f’dawn l-inħawi.
Għalhekk, illejla bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u l-5.30 ta’ filgħodu, t-triq ser tingħalaq kompletament għat-traffiku inkluż għat-trasport pubbliku.
Il-pubbliku huwa mitlub jevita din iż-żona u jgħaddi minn toroq alternattivi. Uffiċjali ser ikunu fuq il-post biex jgħinu fl-immaniġġjar tat-traffiku.