“Faxxisti li jfakkruni fin-Nazzisti” – Dan kien kliem il-President Tork Recep Tayyip Erdogan, liema kliem uża biex jiddeskrivi lill-Olandiżi.
Dan b’reazzjoni għal kwistjoni diplomatika li kompliet teskala bejn it-Turkija u l-Olanda. Kwistjoni dwar dimostrazzjoni li tħassret f’Rotterdam.
Matul il-ġurnata tas-Sibt, il-Gvern Olandiż irrifjuta li joħroġ il-permess biex il-Ministru għall-affarijiet barranin tat-Turkija, Mevlut Cavusoglu, jinżel fil-pajjiż. Huwa kien mistenni li jindirizza dimostrazzjoni, biex iċ-ċittadini jivvotaw favur aktar poteri għal Erdogan.
Iżda l-permess għal din id-dimostrazzjoni ġie rrifjutat.