In-numru ta’ turisti f’Awwissu li għadda żdied b’45%, meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.
Dan ħareġ skont statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Hawnhekk intqal kif f’Awwissu li għadda ġew kważi 166,000 turist f’pajjiżna.
Aktar minn 70% tat-turisti li ġew f’pajjiżna tul ix-xahar t’Awwissu kellhom 44 sena jew anqas.
Ħareġ ukoll kif il-medja tat-turisti f’pajjiżna għamlu tmint iljieli.
It-turisti f’pajjiżna matul dan ix-xahar nefqu kważi €170 miljun.
Dan ifisser żieda ta’ 79% meta mqabbel ma’ Awwissu tas-sena li għaddiet.