F’Awwissu li għadda l-persuni b’impjieg full time żdiedu b’5.2% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena ta’ qabel. Dan joħroġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fejn minn informazzjoni miġbura minn Jobs Plus jirriżulta li f’Awwissu tas-sena l-oħra kien hemm aktar minn mitejn u għoxrin elf ruħ b’xogħol full time.
Dan wara żieda ta’ kważi 11,000 ħaddiem full-time u tnaqqis ta’ aktar minn mija u erbgħin ruħ jirreġistraw għax-xogħol.
Mill-istess statistika ħareġ ukoll li l-maġġoranza tal-impjiegi ġodda kienu fis-settur privat b’aktar minn għaxart elef u tlett mitt impjieg/ Il-ħaddiema fis-settur pubbliku żdiedu bi kważi sitt mija/ Kważi nofs ta’ dawk li daħlu fid-dinja tax-xogħol kienu nisa.
L-NSO qal li l-aktar oqsma li fihom ġew impjegati nies kienu fl-oqsma ttal-kostruzzjoni u tas-servizzi amministrattivi. Joħroġ ukoll li l-għadd ta’ persuni li jaħdmu għal rashom żieda b’1,353 persuna.
Fl-istess xahar ġiet innutata wkoll żieda ta’ 5.1% fl-impjiegi part-time. Il-maġoranza ta’ dawn l-impjieg inħolqu mis-setturi professjoanli, tax-xjenza u servizzi amministrattivi.
Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li sal-aħħar ta’ Awwissu aktar minn 30 elf ruħ kellhom impjieg part time flimkien ma’ xogħol full-time. Fl-istess waqt kważi 38 elf oħra kellhom impjieg part time bħala x-xogħol ewrleni tagħhom.