Matul ix-xahar ta’ Awwissu, ħamsa u tmenin Ukren sabu kenn f’Malta, wara li ħarbu mill-gwerra f’pajjiżhom.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.
Minn meta bdiet l-invażjoni Russa fl-Ukrajna fl-aħħar ta’ Frar li għadda, kienu 1,355 l-Ukreni li ngħataw kenn f’pajjiżna.
Minn dawn 190 ġew f’Marzu, 390 f’April, 415 f’Mejju, 190 f’Ġunju u 85 f’Lulju.
Matul ix-xahar ta’ Awwissu, l-aktar pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li rċevew refuġjati mill-Ukrajna kienu l-Polonja u l-Ġermanja, li fit-tnejn li huma daħlu iżjed minn 60,000 refuġjat.
Intant, dwar il-gwerra fl-Ukrajna, waqt is-Summit informali tal-Kunsill Ewropew, il-Prim Ministru Robert Abela qal li pajjiżna se jkompli jisħaq fuq il-bżonn li l-għajnuna umanitarja tasal għand dawk l-aktar fil-bżonn.