It-tfal mhux kollha l-istess, u għaldaqstant huwa importanti li l-iskejjel jippjanaw programmi apposta ta’ tagħlim. Saħqet dan il-membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli, li fl-aħħar snin ikkampanjat dwar dan.
Kampanja li flimkien ma’ persuni oħra wasslet biex f’Marzu li għadda l-Università aġġornat ir-rekwiżiti tagħha biex tirrifletti l-ħtiġiejiet tal-istudenti b’diffikultajiet fit-tagħlim.