“Malta għamlet progress tajjeb fuq bosta temi fil-pjan t’azzjoni.”
Hekk stqarr il-President tal-FATF Marcus Pleyer waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn spjega kif fost l-oħrajn Malta żiedet l-azzjonijiet u multi għall-għoti ta’ informazzjoni qarrieqa ta’ sidien benefiċċjarji.
Spjega kif l-Korp tal-Pulizija Malti ngħata wkoll iżjed għodda għall-intelliġenza finanzjarja dwar ħasil ta’ flus b’rabta ma’ reati ta’ taxxa li qed iwasslu għal numru ikbar ta’ investigazzjonijiet dwar ħasil ta’ flus.
Stqarr li issa jħares ’il quddiem sabiex pajjiżna jkompli jindirizza t-temi differenti fuq il-pjan ta’ azzjoni.