Is-sidien tan-negozji f’Għawdex issa ser ikunu jistgħu igawdu mill-programm popolari ferm tal-e-commerce ‘Fast Track’ wara kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Malta Communications Authority.
Habbret dan il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana wara żjara fil-kumpless tal-artiġjanat f’Għawdex, ta’ Dbieġi fil-limiti tal-Għarb.
Il-Ministru tenniet li huwa permezz ta’ korsijiet ta’ dan it-tip li s-sidien ikunu jistgħu jkomplu jlaqħu ma dinja iktar mgħaġġla u jkunu iktar preparati sabiex jirreklamaw l-prodotti tagħhom fuq l-midja soċjali u siti tal-internet.
Dan il-kors ser ikun qed jipprovdi opportunità sabiex operaturi tan-negozji jkunu jistgħhu jiffamiljariżżaw ruħhom u saħansitra joħolqu pjattaformi sabiex jilħqu iktar konsumaturi. Permezz ta’ dan il-kors ukoll operaturi ser jiksbu ħiliet sabiex jidħlu fis-suq virtwali. Suq li fid-dinja tal-illum huwa sors ekonomiku qawwi.