Il-Kumpanija Maltija Simonds Farsons Cisk qalet li l-miżuri tal-Gvern b’rabta mal-pandemija u b’parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika kienu t’għajnuna kbira għaliha.
Dan fi sfond li l-kumpanija għamlet qligħ nett ta’ €1,600,000 fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena.
Il-kumpanija nnutat kif l-impjegati tagħha gawdew mill-miżura t’għajnuna tal-Gvern fil ħlas tal-pagi tal-ħaddiema.
Minkejja dan u bħal ma kien previst għal ħafna negozji, Farsons naqqset il-profitt meta mqabbel ma’ dak tas-sena li għaddiet.