Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil irreaġixxa għall-fatt li m’għadditx il-mozzjoni kontra l-Ministru Konrad Mizzi billi qal li r-reshuffle li għamel il-Prim Ministru fil-kabinett hija ‘farsa’.
‘Diżappunt kbir’ qal Simon Busuttil għall-proċess demokratiku li għadu kemm seħħ, għaliex fi kliemu ‘kellna l-possibiltà nkeċċu lil Konrad Mizzi’.
Hedded li l-PN ser ikompli jinsisti fuq il-kwitsjoni, iżda mistoqsi eżattament x’ser jagħmel, wieħeb ‘ser nibqgħu nirriflettu’.
Dwar l-iskema ta’ self sigriet tal-Partit Nazzjonalista u dwar l-irċevuti ta’ Mario Demarco li dwarhom kliemu u kliem Demarco mhux jaqblu, Simon Busuttil ma wieġeb assulutament xejn.