Jumejn wara li ż-żewġ kapijiet ta’ dak li fuq il-karta tal-vot se jkun jismu l-Partit Nazzjonalista ma qablux bejniethom dwar wegħdi elettorali, Marlene Farrugia baqgħet iżżomm sod mal-pożizzjoni tagħha kontra t-trakka tal-karozzi u kontra l-kaċċa fir-Rebbiegħa.
F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem Kastilja Marlene Farrugia qalet li hija kontra l-kaċċa fir-Rebbiegħa għaliex meta l-għasfur ikun qed isalpa u jibda ibejjet, l-għasfur għandu jun protett. Marlene Farrugia għamlitha ċara li qed iżżomm mal-pożizzjoni tagħha jumejn wara li f’laqgħa ma’ Simon Busuttil spiċċaw tifxklu f’xulxin.
Mitluba tikkummenta dear it-trakka tal-karozzi, Marlene Farrugia, għamlitha ċara li se żżomm mal-pożizzjoni tagħha jiġifieri dik kontra li ssir din it-trakka.
Marlene Farrugia ikkumentat ukoll kif hi u Simon Busuttil kellhom differenzi fuq il-manifest elettorali. Konferma ta’ dak li żvela ONE NEWS li waħda miż-żewġ raġunijiet għaliex il-manifest ħareġ tard kien id-diżgwid bejn iż-żewġ mexxejja.
Segwi x’qalet f’dan il-filmat: