Marlene Farrugia, waħda mill-kapijiet tal-koalizzjoni tal-konfużjoni qed tappella lill-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista biex ma jitfixklux u qabel jiddeciedu lil min għandhom jagħżlu bħala kap, jisimgħu l-innu tal-Partit Nazzjonalista.
Sigħat qabel mal-kunsill amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista se jiltaqa’ b’mod urġenti biex jiddeċiedi dwar l-allegazzjonjiet serji li saru mill-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia għamlet fil-konfront ta’ Adrian Delia, Farrugia qalet li f’dan il-mument storika għal pajjiżna m’għandhomx għax jitfixlu lil min jagħżlu kap.
“Isimgħu l-innu tal-Partit Nazzjonalista u l-għażla tagħkom tkun facli”