Qed ikun irrapportat li kif issa kien mistenni għal dawn l-aħħar ġimgħat, it-tabib Godfrey Farrugia se jkun fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista.
Għalkemm Farrugia se jgħid li hu kandidat tal-Partit Demokratiku, il-verità hi li dawn il-kandidati se jkunu fuq il-lista l-blu tal-Partit Nazzjonalista.
Ilbieraħ Marlene Farrugia, li ma’ Simon Busuttil hija l-Kap tal-Koalizzjoni, qalet li kienu għadhom għaddejin in-negozjati ma’ Godfrey Farrugia, li huwa s-sieħeb tagħha.