Il-Viċi Prim Ministru Taljan Matteo Salvini qiegħed iqarraq dwar dgħajsa oħra bl-immigranti li tinsab titlajja’ fiż-żona ta’ tiftix u ta’ salvataġġ fil-Libja. Din id-darba d-dgħajsa hija l-OpenArms, dgħajsa oħra ta’ għaqda mhux governattiva li ttajjar il-bandiera Spanjola.
Fi tweet il-Ministru Salvini qal li d-dgħajsa tinsab fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ fil-Libja u li l-eqreb port huwa dak ta’ Malta.
Madankollu, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia xejjen din id-dikjarazzjoni tal-Ministru Salvini u wera bil-fatti li l-eqreb port huwa dak ta’ Lampedusa u mhux Malta.
Fil-fatt fi tweet, il-Ministru Farruiga wieġeb lill-Ministru Salvini u ddikjara li l-intervent tal-vapur OpenArms seħħ fiż-Żona ta’ Tiftix u Salvataġġ tal-Libja bejn il-Libja u Lampedusa, fl-Italja.
Mingħajr tidwir, il-Ministru Farrugia, appella lill-Minitru Taljan Salvini biex jieqaf ixerred aħbarijiet skorretti u jżeffen lil Malta fin-nofs bla raġuni.
Il-Ministru ppubblika wkoll mappa li turi l-pożizzjoni tal-vapur li turi biċ-ċar li l-eqreb port sigur għall-vapur OpenArms jinsab bejn il-Libja u Lampedusa u mhux Malta kif allega Salvini.
Intant l-eksMinsitru għall-Affarijiet Ewropej Taljan Sandro Gozi sostna li l-Gvern ta’ Conte, jew aħjar il-Gvern ta’ Salvini jidher li ma tgħallimx il-lezzjoni u qed ikompli jattakka u jitfaħ konfront mal-pajjiżi ġirien tal-Italja. Qal li dan mhu se jwassal lill-Italja mkien.
Insomma, governo #Conte anzi governo @matteosalvinimi non ha capito la lezione: continuare ad attaccare e aprire conflitti con i nostri vicini e partner non porta nulla a #Italia come non ha portato nulla il #verticeUE
@matteosalvinimi solo per chiarire che intervento #OpenArms e’ accaduto in SRR Libica tra Libia e Lampedusa, Italia. La smetta di diffondere notizie scorrette tirando in ballo Malta senza alcuna ragione.Publiciamo mappa cosi tutti possono constatare.Questi sono fatti non opinioni