Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, Ray Farrugia, sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 26 plejer b’preparazzjoni għall-ewwel żewġ logħbiet tal-UEFA Nations League kontra l-Gżejjer Faroa u l-Azerbaijan.
It-tim malti se jilgħab l-ewwel logħba tiegħu away kontra l-Gżejjer Faroe fis-7 ta’ Settembru, u tlett ijiem wara jilqa’ lil Azerbaijan f’Ta’ Qali.
Zack Muscat u Andre’ Schembri huma l-uniċi żewġ plejers li jilgħabu barra l-pajjiż u li huma part mill-skwadra. Magħhom ingħaqdu wkoll Johann Bezzina u Jean Paul Farrugia li tilfu t-training camp li sar f’Mejju li għadda.
Jurgen Pisani, Myles Beerman, Luke Gambin, Jurgen Degabriele u Kyrian Nwoko li lagħbu fl-aħħar żewġ logħbiet ta’ ħbiberija huma nieqsa mill-skwadra. Neqsin ukoll hemm Sam Magri u Bjorn Kristensen.
L-skwadra proviżorja hija din:-
Gowlers – Henry Bonello (Valletta), Andrew Hogg (Hibs), Steve Sultana (Balzan)
Difensuri – Ferdinando Apap (Victoria Hotspurs), Andrei Agius (Hibs), Steve Borg (Valletta), Ryan Camilleri (Valletta), Clayton Failla (Floriana), Michael Johnson (Balzan), Joseph Mbong (Hibs), Zach Muscat (Pistoiese), Joseph Zerafa (Valletta);
Midfielders – Johann Bezzina (Hibs), Roderick Briffa (Gzira), Juan Corbalan (Gzira), Paul Fenech (Birkirkara), Ryan Fenech (Sliema), Jake Grech (Birkirkara), Rowen Muscat (Valletta), Steve Pisani (Floriana), Dunstan Vella (Hibs);
Attakanti Andrew Cohen (Gzira), Alfred Effiong (Balzan), Jean Paul Farrugia (Sliema), Michael Mifsud (Birkirkara), Andre Schembri (Apollon).