Smajna ħafna fil-kampanja elettorali dwar il-koalizzjoni tal-konfużjoni. Donnu din hija kwistjoni li se tibqa’ tkarkar għax ilbiera fil-parlament id-deputat Godfrey Farrugia spiċċa jargumenta mal-Ministru Bonnici għax ma setgħux jaqblu dwar liema partit jirrappreżenta Godfrey Farrugia fil-parlament. Il-Ministru Bonnici fakkru li dwar dan hemm deċiżjoni tal-Qorti, iżda Farrugia jargumenta li David Agius mhux il-whip tiegħu.