L-Istat Amerikan ta’ Arkansas huwa l-ewwel wieħed fejn trattamenti mediċi għal persuni transgender li għandhom anqas min 18-il sena, issa huma illegali. Il-liġi tgħid ukoll li anke ċertu mediċini li jwaqqfu l-pubertà saru illegali.
Il-liġi ġiet ikkritikata fost l-oħrajn mill-Assoċjazzjoni Amerikana tal-Pedjatri, li sostniet li din kapaċi ċċaħħad lil dawn iż-żgħażagħ minn kura medika bażika, u kapaċi wkoll iżżid ir-rata ta’ suwiċidji fost din il-komunità.