Farfett il-lejl li kiser kull rekord wara li tar aktar minn elfejn kilometru mil-Londra sar-Russja miet wara li safa attakkat minn qattus.
Il-farfett il-lejl, li kien id-daqs ta’ suba’ ta’ bniedem, instab fir-reġjun Russu, Pskov.
Il-farfett il-lejl, li fuq ġewnaħ minnu kellu l-marka ta’ żu f’Londra, ġie salvat minn għaqda tal-friefet il-lejl fir-Russja iżda sfortunatament miet kawża tal-ġrieħi li kellu.
Il-vjaġġ tiegħu qed jitqies bħala wieħed rekord għal farfett il-lejl li qasam l-Ewropa, fejn kiser kull rekord Brittaniku.
Ritratt: Getty Images