Il-mexxej tal-Partit ta’ Brexit Nigel Farage appella lil Prim Ministru Ingliż Boris Johnson biex jifforma koalizzjoni favur it-tluq tar-Renju Unit minn mal-Unjoni Ewropea.
Farage li kkampanja bil-qawwa waqt ir-referendum għal Brexit nieda l-kampanja għall-elezzjoni ġenerali.
“Jekk ma taċċettax l-offerta tiegħi, se jkolli kandidat f’kull kostitwenza fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales”, wissa Farage lil Johnson.
Il-Konservattivi ta’ Johnson dejjem opponew l-idea li jiffurmaw koalizzjoni mal-partit ta’ Farage.