Sa April li ġej, se jitlesta l-proġett infrastrutturali ta’ ħdejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Dan il-proġett ta’ ħdejn il-mini ta’ Ħal Kirkop u l-Intersection tal-Ajruport se jitlesta kif inhu pjanat.
Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport u l-Proġetti Kapitali, Aaron Farrugia, f’konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu fl-Imsida.
Hawnhekk il-Ministru Farrugia ħabbar ukoll li fl-aħħar kwart ta’ din is-sena se jibda x-xogħol infrastrutturali tal-Imsida Creek; proġett infrastrutturali ieħor maġġuri f’pajjiżna.