Bejn l-5 t’April u l-4 ta’ Mejju, se jiġi organizzat it-18-il edizzjoni ta’ Gaulitana Festival.
Gaulitana huwa festival mużikali, internazzjonali u annwali u issa hu stabbilit bħala eżebizzjoni artistika ewlienija f’pajjiżna.
Il-festival hu organizzat mill-Kor Gaulitanus u jinkludi taħlita ta’ avvenimenti mużikali fi stili diversi: kemm tal-opra, jew sinfoniċi, vokali jew strumentali, u klassiċi jew semi-klassiċi, formali jew informali.
Dwar dan il-festival tkellimna mad-Direttur Artistiku ta’ dan il-festival Colin Attard.
“Programm varju, minn kunċerti, chamber, għal oħrajn li huma b’orkestra, bil-kor, vokali u naslu fl-aħħar bl-Opra+ Weekend fejn għandna l-event il-kbir; l-Opra Nabucco. L-events huma kollha b’xejn madwar Għawdex kollu u m’hemx għalfejn tibbukkja, imma l-opra li ħa ssir fit-teatru Aurora, hija n-Nabucca, trid tibbukja għaliha mis-sit tat-teatru. Miegħu għandna programm edukattiv, li jkun fl-iskejjel u ma jkunx għall-pubbliku inġenerali u permezz ta’ dan, aħna dejjem nippruvaw li narikixxu l-ekoloġija kulturali ta’ Għawdex u anke dik edukattiva.”
Colin Attard – Direttur Artistiku
Aktar informazzjoni fuq is-sit gaulitanus.com.