Bejn it-22 ta’ u t-30 ta’ April li ġej se jsiru t-22 edizzjoni tal-Malta International Fireworks Festival u it-18-il edizzjoni tal-International Fireworks Symposium f’diversi postijiet madwar il-pajjiż.
L-ispettakli pirotekniku se jkun jista’ jitgawda minn Għawdex, mill-Mellieħa, min-Naxxar, minn San Pawl il-Baħar, minn Manoel Island, u mill-Port il-Kbir.
Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, qal li f’dan l-avveniment kbir se jieħdu sehem mas-700 parteċipant u 100 esibitur. Il-Ministru fakkar li l-logħob tan-nar huwa parti mill-identità Maltija u għalhekk għandna ngħożżuh. Huwa sostna li l-festival tal-logħob tan-nar ma jsirx biss għat-turisti imma wkoll biex igawduh il-familji Maltin u Għawdxin.
Intant, iċ-Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu, Gavin Gulia, stqarr li l-Festival tal-Logħob tan-Nar se joffri opportunità unika lil dawk li jaħdmu n-nar biex jesibixxu l-prodott Malti. Huwa ħa din l-opportunità biex jirringrazzja lill dawk kollah li se jkunu qed jagħtu sehemhom għall-festival.
Kitba ta’ Luigi Sghendo