Fuq il-profil tiegħu fuq facebook, l-eks Deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando saħaq li qrabatu, li joqgħodu Ħ’Attard ġieli lanqas mill-garaxx ma setgħu joħorġu minħabba t-traffiku li kien jinġema.
Fisser kif Ħ’Attard kien qed iservi bħala by-pass minn fejn jgħaddu l-karozzi kollha u għalhekk il-proġett tas-central link huwa utli sabiex it-traffiku mit-tramuntana għan-nofsinhar tal-pajjiż jimxi iżjed ħarir.
Pullicino Orlando qal li dan il-proġett kien ilu pjanat minn żmien George Borg Olivier, jiġifieri mis-sittinijiet.
Dan biex finalment kien dan il-Gvern li se jkun qed jagħmel dan il-proġett li mhux biss se juża sittin fil-mija inqas t’art agrikola mill-proġett propost minn Gvern Nazzjonalista fl-2006 iżda anki se jkun hemm titjib fl-arja fl-inħawi.
Dan għaliex se jinħarġu inqas emmissjonijiet fl-arja minn karozzi li sa issa jagħmlu tul ta’ ħin weqfin minħabba t-traffiku.