“Familti għaddiet minn martirju minħabba l-gideb ta’ Jason Azzopardi”
Din kienet ir-reazzjoni tal-eks Ministru u Deputat Laburista Carmelo Abela waqt il-bullettin ewlieni tal-aħbarijiet fuq ONE b’reazzjoni mas-sentenza li ngħatat dalgħodu mill-Maġistrat Montebello u li sabet lill-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi gideb fuqu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fl-intervent tiegħu, Carmelo Abela sostna li din is-sentenza li ngħatat favurih mill-Qorti, hija rebħa “mhux għalija biss, imma għall-familja.”
Huwa sostna li kien emozzjonat bis-sentenza li ngħatat, u qal li m’għandniex nkissru lil dak li jkun, imma nargumentaw għall-aħjar.”