Persuni jew negozji li diġá applikaw għall-6 xhur moratorju jistgħu japplikaw għal estenzjoni ta’ 6 xhur oħra biex b’hekk b’kollox ikun ngħatalhom posponiment fuq id-djun ta’ sena.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna waqt konferenza tal-aħbarijiet bit-tema ‘Għada Aħjar.’
Il-Ministru Scicluna spjega kif minkejja li r-rota ekonomika bdiet terġa’ ddur xorta għad hemm bżonn ta’ aktar għajnuna għall-familji u n-negozji Maltin. B’hekk din il-miżura ser tkun waħda li tagħti aktar nifs lill-familji u negozji Maltin u Għawdxin.
Fil-fatt il-Ministru Scicluna spjega kif il-Bank Ċentrali estenda l-perjodu għall-applikazzjonijiet għaIl-moratorju fuq self mill-banek se sat-30 ta’ Settembru li ġej.
Dan kemm għal persuni li jridu jestendu l-moratorju tagħhom b’6 xhur oħra u anke għal dawk li għadhom iridu japplikaw għall-ewwel darba.
Il-Ministru Scicluna ħabbar ukoll li sal-aħħar ta’ April iċ-ċifra li tkopri l-posponiment ta’ dejn mal-banek kienet tlaħħaq il-1.3 biljun.