Familji tal-vittmi tat-tiġrif tal-ajruplan tal-Germanwings ikkritikaw lill-missier il-ko-pilota.
Dan talli fit-tieni anniversarju mindu seħħet it-traġedja, ddikjara li ibnu ma kienx responsabbli.
Dikjarazzjoni li saret wara li f’Jannar, il-prosekuturi Ġermaniżi kkonkludew li Andreas Lubitz, ta’ sebgħa u għoxrin sena kienu suwiċidali u kkawża l-mewt tal-mija u ħamsin persuna abbord.
Iżda Guenter Lubitz, missier il-ko-pilota qal li ibnu ma kienx għaddej minn dipressjoni dak iż-żmien.
Il-membri tal-familja kkritikaw il-ħin li missier il-ko-pilota għażel li jgħid dan.
Id-dikjarazzjoni ta’ Lubitz hija l-ewwel waħda pubblika mindu seħħ id-diżastru fl-elfejn u ħmistax, li saret minn membru tal-familja qrib tal-ko-pilota.