Jumejn wara li ġiet inawgurata uffiċjalment iż-Żona tal-Kunċerti bħala parti fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali, bosta familji ħadu l-opportunità li jgawdu dan l-ispazju pubbliku l-ġdid.
F’dan it-tmiem il-ġimgħa sar open weekend, fejn kien hemm attivitajiet għall-familja kollha, fosthom anki b’logħob għat-tfal.
Il-Ħadd waranofsinhar, crew ta’ ONE News żar dan l-ispazju miftuħ u tkellem man-nies li kienu hemmhekk.
Dan l-ispazju l-ġdid sar b’investiment ta’ sittax-il miljun ewro u sar minflok fabbrika tal-konkrit, biex issa dan l-ispazju qed jitgawda mill-familji Maltin u Għawdxin, u bl-aqwa faċilitajiet.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/05/05223609/F439C444-BB0B-4F80-8053-400ACB0F18DF-1024x680.jpeg)