Familja sħiħa nstabet mejta f’dar rurali fil-Punent tal-Awstralja. Il-familja b’erbat itfal u tliet adulti nsatbu mejta f’ darhom f’ dak li qed jiġi meqjus bħala traġedja orribli.
Il-Kummissarju tal-Pulizija Awstraljan Chris Dawson qal lill-Pulizija ġew imsejħa fil-ħamsa u kwart tal-Ġimgħa filgħodu.
Tnejn mill-adulti nstabu barra filwaqt li l-ħames vittmi l-oħra nstabu fid-dar f’ Osmington.
Fl-ewwel tifttxijiet tagħha l-Pulizija sabet żewġ armi tan-nar filwaqt li uħud mill-iġsma nstabu feruti b’ arma tan-nar.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li bħalissa qed tiġi nvestigata l-konessjoni tar-raġel li ċempel jirraporta u l-każ.