Il-familja li hija s-sid tad-dar f’Raħal Ġdid li tintuża bħala każin mis-Soċjetà Filarmonika Gran Mastru Fra Antoine de Paule, li tinsab fil-pjazza tal-lokalità, se tingħata erbgħa u sebgħin elf ewro f’kumpens.
Dan wara li l-Imħallef Gratio Mercieca kkonkluda li qed jinkisru d-drittijiet fundamentali tal-familja peress li ma jistgħux jużaw is-sit.
Diversi membri tal-imsemmija familja fetħu kawża kostituzzjonali kontra s-soċjetà mużikali u l-Avukat tal-Istat, fejn spjegaw kif darhom ilha mikrija s-snin lil dan il-każin tal-banda b’kera ta’ elf ewro fis-sema.
Peress li s-soċjetà mużikali ma tistax tiġi żgumbrata mis-sit, l-Imħallef ordna lill-Avukat tal-Istat iħallas lill-familja kumpens ta’ erbgħa u sebgħin elf ewro biex jagħmel tajjeb għad-drittijiet fundamentali tal-familja li qed jinkisru.