Matthew Caruana Galizia ħa falza stikka wara li kien pront biex jattakka Gvern Laburista meta żamm lill-Gvern responsabbli ta’ dak li sejjaħ bħala skandlu fir-rinovar ta’ Dar Malta fi Brussell.
Caruana Galizia għamel referenza għal rapporti f’ġurnal Franċiż li ndika li l-Awtoritajiet Belġjani kienu mħassba li r-rinovazzjoni ta’ Dar Malta saret minn kumpanija Ċiniża.
Ir-rapport indika li seta’ kien hemm ir-riskju ta’ spunjaġġ miċ-Ċina fuq l-istituzzjonijiet Ewropej, hekk kif Dar Malta tinsab tefa’ ta’ ġebla biss ‘l bogħod mill-binjiet tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew.
Iżda Caruana Galizia naqas milli jinnota li x-xogħol ta’ rinovar f’Dar Malta seħħ fl-2007, fi żmien Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi u fl-istess żmien li Richard Cachia Caruana, kien rappreżentant permanenti ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Meta inġibditlu l-attenzjoni, Caruana Galizia, bil-ġirja neħħa l-kummenti li għamel fuq tweet iżda naqas li jiskuża ruħu talli ħa falza stikka.