L-Arġentin Federico Falcone iffirma kuntratt ġdid ma’ Birkirkara F.C. li jorbtu mal-stripes għal tlett staġuni oħra.
Falcone ingħaqad ma’ Birkirkara FC fis-sajf li għadda u stabbillixa ruħu bħala l-aħjar skorer tal-klabb b’għaxar gowls f’għoxrin partita.
L-ewwel esperjenza tiegħu f’pajjiżna kienet bejn l-2015 u l-2017 ma’ Valletta Football Club.
L-attakant ta’ 30 sena iffirma fil-preżenza tal-President Frank Zarb u l-viċi president Michael Valencia.