F’diskors importanti dwar ir-riformi fil-gvern il-Ħamis wara nofsinhar, il-Prim Ministru Ingliż Keir Starmer ħasad lil kulħadd meta ħabbar li kien se jabolixxi l-NHS, is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa fl-Ingilterra.
Starmer qal li b’din il-mossa se jkun qed jerġa jġib lura s-servizz tas-saħħa taħt kontroll demokratiku fejn b’din ir-riforma se jkun jista’ jiffoka aktar fuq il-pazjenti b’anqas burokrazija u aktar flus għall-infermiera. Il-Prim Ministru Ingliż tenna li se jkunu qed jiffukaw ukoll fuq it-tnaqqis ta’ żmien ta’ stennija fl-isptarijiet.
Il-Ministru għas-Saħħa Wes Streeting qal li l-NHS kienet saret istituzzjoni finanzjarjament aktar għolja bl-agħar servizz li qatt eżista. Huwa spjega li kienet se ssir riforma totali li kienet tinkludi ftehim ġdid mat-tobba u żieda fil-fondi għall-kura paljattiva.
Iżda ma nnegax li din se tkun sfida kbira speċjalment bin-nuqqas ta’ fondi li kienu wirtu mingħand il-gvern preċedenti. Hawnhekk huwa kkwota r-rapport ta’ Lord Dazi fuq is-servizz tas-saħħa li tefa’ t-tort tad-diversi problemi fis-sistema tas-saħħa fuq ir-riorganizzazzjoni li kienet saret fl-2012 inkluż il-ħolqien ta’ ħafna burokrazija.
Iżda minkejja ħafna diskorsi ta’ tnaqqis u tfaddil, il-Prim Ministru Keir Starmer qal li ma kienx hemm lok li wieħed jirritorna għall-awterità.
Kemm it-Tories kif ukoll id-Demokratiċi Liberali huma favur din l-implimentazzjoni għalkemm saħqu li dan kien ifisser li se jintilfu eluf ta’ impjiegi.
L-għeluq tal-NHS mistenni jieħu madwar sentejn.