Għat-tielet sena konsekuttiva l-pubbliku għandu ċ-ċans jinnomina persuna li jaħseb li ħaqqha tiġi rikonoxxuta għall-ħidma tagħha fil-qasam tal-annimali jew anke annimal li b’xi mod jew ieħor ħalla impatt speċjali fuqna.
Dan hekk kif fadal biss l-aħħar ftit jiem biex wieħed jitfa’ n-nomina tiegħu bin-nominazzjonijiet jgħalqu fid-19 ta’ Lulju bir-rebbieħa finali, li jkunu ġabu l-aktar voti, jiġu ppremjati fil-Jum Dinji tal-Annimali f’Ottubru.
Il-kategoriji tal-premijiet huma tnax b’kollox, sitta għall-umani u sitta għall-annimali.
Kategoriji tal-annimali:
1.Premju għall-annimal bl-uniformi (pulizija, dwana)
2.Premju għall-annimal adottat tas-sena
3.Premju għall-annimal l-iktar intelliġenti
4.Premju għall-aktar annimal domestiku popolari
5.Premju għall-annimal tar-razzett
6.Premju għall-annimal ta’ santwarju li l-iktar li jixraqlu li jiġi adottat
Il-kategoriji tan-nies:
1.Premju għalll-aktar veterinarju popolari
2.Premju għall-aktar raħħal popolari
3.Premju għall-aktar voluntier popolari
4.Premju ghall-aktar edukatur popolari
5.Premju għall-aktar kunsill lokali popolari
6.Premju għall-aktar stabbiliment li jħobb l-annimali domestiċi
Wieħed jista’ jissottometti n-nominazzjoni tiegħu hawn.