Il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista, Louis Gatt, spjega li mad-disgħin fil-mija tal-proċess elettorali kien lest. Gatt għamel dan waqt intervent dirett fil-bulettin tal-aħbarijiet ta’ ONE News il-Ħadd filgħaxija.
Il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali spjega li, bħalissa, il-proċess li wieħed jara l-vot minn wara u minn quddiem tlesta fuq l-imwejjed kollha, iżda jkun għad fadal il-proċess ta’ screening tal-poloz tal-voti fuq xi mwejjed. Proċess, li kien jinsab ukoll fi stadju avvanzat.
Hawnhekk Gatt semma r-riżultati s’issa li ngħataw mill-Kummissjoni Elettorali, b’Roberta Metsola (PN) u Alex Agius Saliba (PL) l-uniċi li qabżu l-kwota mal-ewwel għadd.
PARTIT LABURISTA
Alex Agius Saliba – 58,316-il vot (elett)
Daniel Attard – 10,634 vot
Thomas Bajada – 9,601 vot
Steve Ellul – 8,670 vot
Claudette Abela Baldacchino – 8,284 vot
Clint Azzopardi Flores – 6,749 vot
Marija Sara Vella Gafa – 3,095 vot
Jesmond Bonello – 743 vot
Jesmond Marshall – 616-il vot
PARTIT NAZZJONALISTA
Roberta Metsola – 81,130 vot (eletta)
Peter Agius – 8,640 vot
David Agius – 5,315-il vot
David Casa – 3,354 vot
Norma Camilleri – 978 vot
Lee Bugeja Bartolo – 609 vot
Louise Ann Pulis – 563 vot
Miriana Calleja Testaferrata de Noto – 408 vot
ADPD
Sandra Gauci – 1,976 vot
IMPERIUM EUROPA
Norman Lowell – 5,947 vot
KANDIDATI INDIPENDENTI
Arnold Cassola – 11,884 vot
Conrad Borg Manche – 5,453 vot
Louis Gatt tenna li hu mistenni li, sa siegħa u nofs jew sagħtejn oħra, jintemm il-proċess ta’ scanning u jkun magħruf eżatt kif marru l-kandidati kollha fl-ewwel għadd tal-voti, jiġifieri l-ammont ta’ unijiet li ħadu bħala preferenzi personali.